Illum il-Ġimgħa l-Kbira. Wara l-erbgħin jum tar-Randan, il-Knisja Kattolika tfakkar il-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Dan il-jum huwa assoċjat mas-skiet, il-ħemda u anki s-sawm.
F’dan il-jum ma tkunx ikkonċelebrata quddiesa, iżda minflok issir il-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib, fit-tlieta ta’ waranofsinhar.
B’din tkun ikkarretterizzata minn ġabra u anki sempliċità, waqt li l-qofol tkun il-figura ta’ Ġesù Msallab.
Fil-bidu ta’ din il-funzjoni, is-saċerdoti jimteddu ghal wiċċhom mal-art, waqt li n-nies jinżlu għarkupptejhom b’sinjal ta’ qima. Dan fil-ħin fejn il-Knisja tfakkar il-mument meta minn fuq is-salib, Ġesù ħa l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu.
F’din il-funzjoni jinqara r-rakkont tal-passjoni.
Wara minn 12-il lokalità f’Malta u f’erba’ lokalitajiet f’Għawdex joħorġu l-purċissjonijiet bil-vari li juru x-xeni mill-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Bl-ewwel purċissjoninjiet bil-vari bdew isiru fis-Seklu 17 fir-Rabat u l-Belt Valletta. B’din it-tradizzjoni bdiet tinfirex u l-purċissjonijiet bdew isiru fil-Kottonera. U mbagħad infirxet mal-pajjiż kollu u fil-gżira Għawdxija.
B’bosta persuni jilbsu ta’ personaġġi Bibbliċi, li juru personalitajiet differenti mill-Bibbja.
F’dan il-jum, il-knejjes madwar il-pajjiż ma jdoqqux il-qniepen, fejn f’xi lokalitajiet tindaqq iċ-ċuqlajta.
Ritratt: David Agius.