Il-Ġimgħa Ewropea għall-Mobilità se ssir bejn is-sittax u t-tnejn u għoxrin ta’ Settembru li ġej. L-iskop ta’ din il-ġimgħa hu li tinkoraġġixxi aktar sforzi favur mobilità sostenibbli, waqt li tħeġġeġ lokalitajiet jimplimentaw soluzzjonijiet prattiċi għal sfidi urbani bħall-konġestjoni tat-traffiku u t-tniġġis tal-arja.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Chris Bonett u s-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli sostnew li t-tema għal din is-sena tenfasizza dwar l-importanza ta’ spazji pubbliċi f’żoni urbani.
Il-kunsilli lokali u l-għaqdiet volontarji ġew mistiedna biex iressqu ’l quddiem inizjattivi bħala parti minn din il-kampanja. Minnhom se jintagħżlu l-aħjar li wkoll jiġu appoġġjati finanzjament minn Transport Malta.