Il-ġimgħa d-dieħla, dawk kollha li għandhom aktar minn ħamsa u sittin sena u ma marrux għall-ewwel appuntament li ntbagħatilhom fl-aħħar ġimgħat, se jirċievu stedina ġdida b’ġurnata u ħin ta’ fejn jistgħu jmorru biex jieħdu t-tieni doża tal-booster kontra l-Covid-19.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, fuq Twitter, li spjega kif dan se jsir fl-isfond ta’ żieda fl-infezzjonijiet fil-komunità xprunata mill-varjant il-ġdid.
Din l-istess żieda fil-każijiet, saħaq id-DPM, tfakkar fl-importanza li nżommu livelli għolja ta’ immunità.
The omicron #variant driven rise in community #covid transmission underlines the importance of maintaining high levels of immunity. Next week the #Health Dept will be sending out new immunization dates to 65+ residents who missed their first appointment for the 2nd #booster dose.
— Chris Fearne (@chrisfearne) June 20, 2022