L-erba’ ġganti tat-teknoloġija Amazon, Apple, Facebook u Google dehru quddiem il-leġislaturi f’Washington. Dan sabiex jiddefendu isimhom kontra akkużi ta’ abbuż fil-poter fejn tidħol il-kompetizzjoni fil-qasam tat-teknoloġija.
Id-diriġenti ta’ dawn il-kumpaniji lkoll tennew li l-kumpaniji tagħhom xprunaw l-innovazzjoni.
Dan il-grilling seħħ fid-dawl li l-leġislazzjoni qed tikkunsidra regolamenti aktar ħorox u aktar kompettitivi.
Diversi kritiċi jridu li dawn il-kumpaniji saħansitra jitkissru.