Il-Ġermanja u l-Istati Uniti wissew li fil-mira tagħhom se jkun hemm pipeline tal-gass ewlieni fir-Russja jekk il-pajjiż jinvadi l-Ukrajna.
Kelliem għad-Dipartiment tal-Istat Amerikan qal li l-proġett tal-pipeline bl-isem ta’ Nord Stream 2, mhux se jimxu ’l quddiem jekk ir-Russja tmexxi bil-pjanijiet tagħha li tattakka lill-Ukrajna.
Dan il-proġett kontroversjali tal-enerġija huwa ddisinjat biex jirdoppja l-influss tal-gass mir-Russja direttament lejn il-Ġermanja taħt il-baħar Baltiku.
Għexieren ta’ eluf ta’ truppi Russi mlew il-fruntieri mal-Ukrajna fl-aħħar ġimgħat, f’mossa li qed tkun interpretata bħala tħejjija għal attakk, minkejja li r-Russja ċaħdet kull allegazzjoni li se tattakka lill-Ukrajna.