Qed jiġi rrapportat illi l-Amerika u l-Ġermanja se jibagħtu t-tankijiet tal-gwerra tagħhom fl-Ukrajna. Kiev qed tittama li b’dan il-pass tinbidel l-istrateġija tal-battalja mar-Russja.
Fil-fatt, l-Amerika mistennija li tħabbar il-pjan li tibgħat 30 tank M1 Abrams, filwaqt li l-Ġermanja, b’deċiżjoni tal-Kanċillier Olaf Scholz, se tkun qed tibgħat mill-inqas 14-il tank Leopard 2.
B’reazzjoni għal din l-aħbar, l-Ambaxxatur għar-Russja fl-Istati Uniti qal li din hija provokazzjoni sfaċċata oħra.
Min-naħa l-oħra, l-Ukrajna qed tittama li permezz ta’ din l-għajnuna, se tkun kapaċi tikseb lura territorji Ukreni maħtufa mir-Russi.
Ritratt: IMAGO/Björn Trotsky