Il-Gvern Ġermaniż qed jikkunsidra li jerġa’ jibda jaqbad żgħażagħ Ġermaniżi bil-lieva minħabba t-theddida ta’ gwerra. Dan ħareġ minn dokumenti interni tal-Militar Ġermaniż li gew ileakjati.
Kollox jindika li l-Ministeru tad-Difiża qed jikkunsidra tliet xenarji differenti; li jaqbad l-irġiel kollha hekk kif jaqbżu l-eta ta 18-il sena, li jaqbad liż-żgħażagħ kollha ta 18-il sena inkluż in-nisa jew inkella ssir proċess ta’ għażla biex jiddaħħlu nies l-aktar eliġibbli.
Fi żjara li għamel riċenti fl-Istati Uniti, l-Ministru tad-Difiża Ġermaniż Boris Pistorius qal li kien sar żball meta ż-żgħażagħ waqfu jinqabdu bil-lieva għal sena servizz fl-armata. Dan kollu qed jiġi kkunsidrat minħabba dak li qed jiġri fl-Ukraina u l-eskalazzjoni tar-Russja.