Il-President tal-kumitat għall-affarijiet barranin tal-Parlament Ġermaniż, Norbert Röttgen, wissa li l-Unjoni Ewropea qed tirrisjka li ssir irrelevanti jekk ma tireaġixxix kontra r-Russja dwar il-każ li l-Kap tal-Oppożizzjoni, Alexei Navalny, ġie vvalenat.
Röttgen qal illi l-Unjoni Ewropea għandha terġa’ tikkunsidra l-ftehim dwar il-gass mar-Russja.
Il-Gvern Russu qed ikun ikkritikat hekk kif ilbieraħ, il-Ġermanja kkonfermat li Navalny kien ivvalenat bin-Novichok. Huwa bħalissa jinsab rikoverat fit-taqsima tal-kura intensiva fi sptar f’Berlin.