Aktar minn 50,000 persuna ġew evakwati minn belt fil-Ġermanja fil-jum tal-Milied wara li bomba tat-tieni Gwerra Dinjija instabet proprju hemm.
Il-bomba nstabet il-ġimgħa l-oħra f’Augsburg, waqt li kien qed isir xi xogħol ta’ kostruzzjoni f’parkeġġ taħt l-art.
Iż-żona tal-evakwazzjoni tħabbret li se tinfetaħ fil-25 ta’ Diċembru. Residenti kienu mwissin biex joħorġu barra mir-residenza tagħhom sal-10:00 ta’ filgħodu hekk kif ċentri tal-evakwazzjoni kienu lesti biex jilqgħu lin-nies.
Il-paġna uffiċjali tal-belt, fuq Facebook, ħabbret ftit wara s-7:00 ta’ filgħaxija li l-bomba tneħħiet b’suċċess u li l-evakwazzjoni issa ntemmet.
Huma ħabbru ukoll li l-bomba kienet twaddbet mir-Renju Unit waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.