Skont informazzjoni uffiċjali mill-Istitut Robert Koch, il-Ġermanja qed tesperjenza żieda fin-numru ta’ infezzjonijiet tal-Coronavirus hekk kif tnaqqsu l-miżuri kontra l-imxija. Ir-rata ta’ riproduzzjoni Ġermaniża tela’ aktar minn wieħed.
Dan ir-rapport sar wara li l-Erbgħa li għadda l-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel ħabbret it-tnaqqis ta’ xi miżuri li ttieħdu biex jiġġieldu l-imxija tal-COVID-19 fosthom li l-ħwienet kollha huma permessi li jiftħu, uħud mill-istudenti qed jirritornaw fuq il-bankijiet tal-iskola u l-league Ġermaniż se jkompli fi tmiem il-ġimgħa li ġej.
Matul il-jum tas-Sibt kien hemm xi protesti madwar il-pajjiż kollu jitolbu biex il-miżuri jitneħħew kompletament mill-aktar fis possibbli.
Il-Ġermanja għandha s-7 l-ogħla numru ta’ każijiet ikkonfermati madwar id-dinja, bi kważi 170,000 każ u ftit aktar minn 7,000 imwiet.