Il-Gvern Ġermaniż awtorizza li jingħataw lill-Ukrajna madwar 50 tank tal-gwerra; biex seta’ jsir dan, kellha ssir bidla kbira fil-politika Ġermaniża.
Din id-deċiżjoni saret hekk kif l-Amerika u l-alleati tagħha ltaqgħu f’bażi militari fil-Lbiċ tal-Ġermanja. Matul din il-laqgħa, intlaħaq qbil li jintbagħtu aktar armi lill-Ukrajna.
Intant, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu, Sergei Lavrov, wissa lin-NATO biex ma tibqax tipprovdi l-għajnuna militari lill-Ukrajna u qal li hemm riskju li l-kunflitt jeskala għat-Tielet Gwerra Dinjija.