Il-Ministru għas-Saħħa Ġermaniż wissa li x’aktarx il-Ġermanja se tkun qed tesperjenza nuqqas ta’ vaċċin kontra l-COVID-19.
Jens Spahn fuq Twitter qal li hemm probabilità illi l-Ġermanja se tgħaddi minn 10 ġimgħat iebsa b’nuqqas ta’ vaċċin.
Spahn għadda dawn il-kummenti wara li l-aħbar li l-kumpanija farmaċewtika AstraZeneca qalet li bħalissa għandha nuqqas ta’ provvista tal-vaċċin minħabba problemi fl-impjant li għandha fl-Ewropa. Madanakollu l-Unjoni Ewropea qalet illi l-kumpanija għandha tonora l-ftehim tagħha.
L-Unjoni Ewropea ssuġeriet biex il-kumpanija tuża l-impjant li għandha fir-Renju Unit.