Fil-Ġermanja, il-Ħamis tħabbar kif il-Gvern ġdid Ġermaniż se jkun iffurmat sal-bidu ta’ Diċembru li ġej.
Dan hekk kif qed ikun maħsub li n-negozjati bejn it-tliet partiti fil-koalizzjoni mistennija jdumu sal-aħħar ta’ Novembru.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawn it-tliet partiti huma s-Soċjalisti, il-Liberali u l-Ħodor.
Il-mexxej tal-Partit Soċjalista Olaf Scholz mistenni jilħaq bħala Kanċillier f’din il-koalizzjoni.
Scholz se jkun qed jieħu post Angela Merkel, li mexxiet il-Ġermanja għal dawn l-aħħar 16-il sena.