Il-Ġermanja se tappoġġja bis-sħiħ lil Malta għall-Presidenza tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, l-OSCE, mill-ewwel ta’ Jannar li ġej.
Dan tħabbar fuq il-midja soċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Ġermaniż, wara laqgħa li saret bejn il-Ministru Malti Ian Borg u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ġermaniża, Annalena Baerbock, fil-marġini tal-laqgħa Ministerjali annwali tal-OSCE, li qed issir fil-Maċedonja ta’ Fuq.
F’din il-kitba mill-Ministeru Ġermaniż qal li Malta tinsab lesta biex ikollha l-Presidenza ta’ din l-organizzazzjoni internazzjonali, f’perjodu bi sfidi internazzjonali.
Ġie mtenni li l-Ġermanja għandha l-appoġġ sħiħ lejn pajjiżna biex jippreserva lill-OSCE għas-sigurtà u l-koperazzjoni fl-Ewropa.
Dan l-appoġġ lejn pajjiżna mill-akbar stat membru tal-Unjoni Ewropea waslet wara l-laqgħa bilaterali li kellu l-Prim Ministru Malti Robert Abela mal-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz, nhar it-Tlieta li għadda, fil-kapitali Ġermaniża, Berlin.
#Malta stands ready to take over the #OSCE Chairmanship 2024 in challenging times for the organization. We will fully support Malta in preserving the #OSCE as an anchor for security and cooperation in Europe. @ABaerbock with @MinisterIanBorg pic.twitter.com/xpMHUlVRRU
— GermanForeignOffice (@GermanyDiplo) November 30, 2023
AQRA AKTAR: