Il-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia ngħataw Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.
John Sofia u Isabelle Bonnici mexxew kampanja favur tibdil fil-liġijiet u s-sistemi li jirregolaw is-settur tal-bini u I-kostruzzioni ta’ pajjiżna. Dan ġara wara inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’Diċembru 2022 li wassal għal mewta traġika ta’ binhom Jean Paul.
Sofia u Bonnici urew perseveranza liema bħalha sabiex biddlu t-traġedja personali li għaddejjin minna f’attiviżmu mmirat li jagħmel ġustizzja ma’ binhom u jiġu evitati sitwazzjonijiet simili. L-għajta ta’ John u Isabelle għaqdet bosta nies, organizzazzionijiet u partiti politiċi f’kampanja effettiva favur aktar regolamentazzioni u infurzar għas- settur tal-kostruzzjoni f’Malta.
Minkejja dak kollu li għaddew minnu, John u Isabelle illum saru simbolu tal-kuraġġ u l-attivizmu li permezz tiegħu tista’ ssir differenza fil-ħajja tan-nies u s-socjetà Maltija.