Il-ġenituri m’għandhomx jibgħatu lill-uliedhom għal-lezzjonijiet tal-privat. Qal dan fi stqarrija l-Kummissarju tal-Edukazzjoni wara li xi għalliema baqgħu jagħtu l-lezzjonijiet tal-privat.
Huwa saħaq li dan mhuwiex il-mument li fih għandhom isiru l-lezzjonijiet tal-privat għaliex ikunu qegħdin jipperikolaw saħħet l-għalliema u l-istudenti u joħolqu problema fuq is-sistema tas-Saħħa.