L-interess kbir li jeżisti għal-lingwa Maltija qed iwassal biex l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu torganizza korsijiet immirati lejn persuni differenti. Per eżempju, kors li se jibda għada huwa mmirat biex għalliema tal-Primarja u tas-Sekondarja li ma jgħallmux il-Malti, isiru midħla tal-aspetti ewlenin fl-ortografija. Dan huwa biss wieħed min-numru ta’ korsijiet li qed isiru bħalissa bl-istess għan. Fis-servizz li jmiss se nisimgħu dettalji dwar kors li għaddej bħalissa, u li qed jingħata lill-ġenituri ta’ studenti li f’Mejju se joqogħdu għall-O-Level tal-Malti.