Il-ġenituri li jridu jirreġistraw lit-tfal tagħhom sabiex jidħlu Kindergarten. fi Frar li ġej, issa jistgħu japplikaw b’mod online.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana meta kienet qed iżżur l-Iskola Primarja Laura Vicuna, fl-Għasri, Għawdex.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni fakkar li t-tfal li jagħlqu 3 snin sa April tas-sena d-dieħla għandhom jiġu rreġistrati sat-Tnejn 4 ta’ Jannar u wieħed jista’ jirreġistra fuq is-sit servizz.gov.mt.
Il-Ministru Justyne Caruana qalet li bħala ministeru dejjem qed jara kif jagħmel il-ħajja tal-ġenituri tal-istudenti aktar faċli.
Dawk il-ġenituri jew kustodji li jkollhom bżonn għajnuna biex japplikaw b’mod online, jistgħu jċemplu fuq in-numru 153.