Minn Lulju li ġej, miljuni ta’ familji Amerikani bit-tfal se jibdew jieħdu pagament fix-xahar, bħala Children’s Allowance.
Il-pagament taċ-Children’s Allowance mistenni jkun ta’ tliet mitt dollaru fix-xahar għal dawk il-familji bit-tfal li għandhom inqas minn sitt snin u mitejn u ħamsin dollaru għal dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal bejn sitta u sbatax-il sena.
Din il-miżura tal-Gvern Amerikan immexxi mill-President Joe Biden ingħatat ukoll importanza fil-pjan ta’ rkupru għal dan il-pajjiż, li ġie ffirmat f’Marzu li għadda.