Il-Ġimgħa l-Kbira f’pajjiżna nistgħu ngħidu sar assoċjat mas-solidarjetà li l-Maltin juru lejn dawk li għaddejjin minn żminijiet kemxejn diffiċli minħabba mard.
Ilbieraħ il-poplu għal darb’oħra ma naqasx milli juri solidarjetà ma’ Puttinu Cares u kull min jinsab bżonn l-għajnuna li toffri din l-għaqda, tant li ta aktar minn miljun u tliet mitt elf ewro għall-persuni morda bil-kanċer.
Il-ġabra rekord ser isservi biex Puttinu Cares tkompli toffri akkomodazzjoni fl-Ingilterra għall-pazjenti u l-familjari tagħhom.
F’dan il-filmat hawn ir-reazzjoni tal-viċi chairperson ta’ Puttinu Cares, Angele Cuschieri, u ritratti ta’ mumenti mill-maratona.