Il-General Workers’ Union se tkun qed tiftaħ kawża kostituzzjonali sabiex tintlaqa’ t-talba tagħha dwar l-Imħallef Jacqueline Padovani Grima.
Il-każ idur mal-kawża li fetaħ il-Partit Nazzjonalista biex iwaqqa’ ċ-ċens tal-Workers Memorial Building, is-sit minn fejn taħdem il-General Workers Union. L-avukati tal-General Workers’ Union talbu biex l-Imħallef tirrikuża minn dan il-każ, jiġifieri ma tkunx hi li tisma’ l-kawża.
Il-General Workers’ Union qed tisħaq li l-Imħallef Padovani Grima m’għandiex tisma’ l-każ għaliex tidher għall-Partit Nazzjonalista hemm id-ditta Fenech & Fenech li wieħed mill-imsieħba ewlenin tagħha hu Kenneth Grima. L-avukat Grima jiġi propju ħu l-Imħallef. Il-General Workers Union sostniet li l-ġustizzja mhux biss trid issir, iżda trid tidher li qed issir.