Il-Ġeneral tal-Armata li ħataf il-poter fil-Myanmar fi Frar li għadda ġie eskluż milli jattendi għal summit annwali li fih jiltaqgħu l-mexxejja reġjonali.
L-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet fix-Xlokk tal-Asja qablet li minflok tistieden rappreżentant li mhux pubbliku mill-Myanmar minflok il-Ġeneral Min Aung Hlaing.
L-Assoċjazzjoni stqarret illi l-ministri għall-affarijiet barranin tal-pajjiżi membri ma laħqux kunsens, f’laqgħa b’urġenza li saret ilbieraħ, dwar jekk il-militar għandu jirrappreżenta lill-Myanmar f’dan is-summit li se jsir lejn l-aħħar tax-xahar.