Il-Ġeneral Khalifa Haftar se jikkontesta l-elezzjoni Presidenzjali tal-Libja li se ssir ix-xahar id-dieħel.
Huwa ħabbar il-kandidatura tiegħu.
Haftar, meqjus b’saħħtu ħafna fil-Lvant tal-Libja kien involut fil-ġlied fil-pajjiż u hu kien jikkontrolla parti sew mil-Libja, b’ġellieda leali lejh.
Haftar ħabbar il-kandidatura tiegħu fuq it-televiżjoni u qal li l-elezzjoni hija s-soluzzjoni biex il-Libja toħroġ mill-kriżi politika li ħonqot il-pajjiż mit-tmiem tal-Kurunell Muammar Gaddafi.
Apparti Haftar, ħabbar li se jitfa’ ismu għall-elezzjoni President, iben Muammar Gaddafi, Seif al-Islam.