Bugdet soċjali.
Titlu komuni fil-gazzetti tat-Tlieta, l-għada li l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbar il-Budget għas-sena d-dieħla.
Fuq il-faċċata tat-Times issemmew il-miżuri ewlenin, fosthom it-trasport b’xejn għal kulħadd, l-akbar pakkett ta’ fondi favur l-ambjent u ż-żieda fil-pensjonijiet.
Imbagħad l-editorjal tat-Times semma kif il-Budget qed jagħti għajnuna finanzjarja sabiex iżomm l-impjiegi għaddejjin wara l-isfida tal-pandemija.
It-Times semma kif dan il-Budget għandu diversi miżuri sabiex jerġa’ jġib l-ekonomija fuq saqajha, wara l-isfidi ta’ dawn l-aħħar tmintax-il xahar kawża tal-imxija.
Intqal li l-budget qed jinċentiva lin-nies sabiex jaħdmu u ħaseb kemm għan-nies ta’ kull età u anke li jippremja l-bżulija.
Il-MaltaToday bit-titlu “Labour’s social budget” semmiet il-miżuri ewlenin tal-budget għas-sena d-dieħla.
Din il-gazzetta rrimarkat li n-nefqa ta’ dan il-budget hija ta’ €7 biljun.
L-akbar nefqa se tkun għall-ġustizzja soċjali fejn se jintefqu €1.8 biljun, waqt li għas-saħħa se jintefqu kważi €900 miljun u għall-edukazzjoni l-Gvern se jkun qed jonfoq ftit iżjed minn €700 miljun.
L-editorjal tal-MaltaToday qal li l-maġġoranża tal-imsieħba soċjali jaqblu li kellu miżuri pożittivi, fosthom dik li tal-linja se tkun b’xejn għal kulħadd.
Il-MaltaToday semma kemm miżuri li jtejbu l-kwalità tal-ħajja, fosthom dawk il-ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur il-Ħadd u semma wkoll in-nuqqas tat-taxxa għall-artisti.
Il-ġurnal l-Orrizont qal li dan il-Budget huwa b’saħħtu u ġust.
Intqal kif dan il-budget huwa wieħed ambizzjuż, li jgħin lil min jiflaħ l-inqas, jinċentiva lill-bieżel u jpoġġi l-ambjent bħala prijorità.
Il-gazzetta Malta Independent qalet kif il-Budget għas-sena d-dieħla għandu bilanċ bejn l-ambjent u t-tkabbir fl-ekonomija.
Fil-paġna ta’ wara, din l-istess gazzetta ssemmew il-miżuri li l-aktar se jolqtu lin-nies.
L-editorjal tal-Independent qal ċar u tond kif il-mentalità dwar il-Budget taħt Gvern Laburista nbidlet sew. Dan hekk kif budgets ta’ qabel l-elezzjoni saru xi ħaġa tal-passat, ta’ żmien Gvern Nazzjonalista.
L-editur tal-Independent innota kif dan il-Budget huwa wieħed realistiku u huwa wieħed costed. Intqal kif l-ebda miżura m’hija waħda li żgur ma tistax issir.
Intant l-uniku gazzetta b’titli u rapporti negattivi dwar il-Budget kienet dik tal-Partit Nazzjonalista.
In-Nazzjon qalet li l-Budget jaħseb għal-lum biss.