Il-gazzetti Awstraljani ngħaqdu flimkien f’kampanja dwar iċ-ċensura, billi llum ippubblikaw il-faċċati tagħhom iċċensurati b’inka sewda kif ukoll b’timbru aħmar bil-kelma sigriet, u dan bi protesta kontra l-Gvern konservattiv li qed jonqos milli jipproteġi l-libertà tal-istampa.
Madwar 19 il-organizzazzjoni tal-midja kif ukoll unions tal-ġurnalisti, li uħud minnhom huma rivali, ingħaqqdu flimkien fil-kampanja ‘id-dritt tiegħek li tkun taf’. Din il-kampanja tqanqlet minn inċident li ġara f’Ġunju li għadda, meta l-pulizija federali għamlet tfittxija f’uffiċċju ta’ xandar kif ukoll f’dar ta’ ġurnalist għal dokumenti tal-Gvern.
Il-kampanja qed titlob għal sitt bidliet legali, fosthom it-tibdil tas-sistema li tillimita liema dokumenti jistgħu jitqiesu bħala sigrieta, kif ukoll id-dritt li jikkontestaw mandat ta’ tfittxija. Din it-tfittxija waslet wara pubblikazzjoni ta’ artikli li allegaw atti kriminali tal-gwerra.