Il-gazzetta Nazzjonalista Il-Mument ilbieraħ ħarġet tattakka lill-kumpanija Allied Newspapers Limited, li tippubblika l-gazzetti tat-Times.
Fis-sezzjoni tal-aħbarijiet fil-qosor, Il-Mument qalet kif din il-kumpanija qed tħabbat wiċċha ma’ diffikultajiet finanzjarji serji, fejn qed jikkunsidraw li jbiegħu l-fabbrika li għandhom fl-Imrieħel u jirrilokaw f’post ieħor.
Ta’ min ifakkar li l-istess Times, fil-bidu ta’ din is-sena, kienet tefgħet dawl fuq il-ksur sfaċċat tal-liġi mill-Partit Nazzjonalista fejn, mindu Bernard Grech sar Kap, ma ddaħħlu l-ebda kontijiet finanzjarji għand il-Kummissjoni Elettorali.
Ħafna qed iħarsu lejn ir-rapport fil-gazzetta Nazzjonalista fuq l-Allied Newspapers, bħala kontro-attakk wara li kompliet tikxef għawwar il-PN.