Paul Vincenti, li jmexxi l-Gift of Life, iddikjara f’kumment fuq sit elettroniku li l-gays se jibqgħu mfakkra bħala l-magna wara l-qerda tal-ħajja umana.
F’din id-dikjarazzjoni estrema Paul Vincenti ddeskriva l-emendi fil-liġi tal-IVF bħala estremi u tenna li qed isiru minħabba l-persuni gay.
“Se jiftħu t-tsunami għal kultura tal-mewt”
kiteb Vicenti li tenna li dan hu l-wirt li se jħallu warahom il-gays.
Naturalment dan ġab kummenti ta’ kundanna, filwaqt li kien hemm min għażel li jieħu l-Vicenti ta li hu, bl-awtur u direttur tal-palk Adrian Buckle jgħidlu: “Qatt ħsibt li ġġib kelb?”