Minn informazzjoni li għandu ONE News, jirriżulta li l-garanzija li ngħatat miz-zija ta’ Yorgen Fenech biex dan ikun jista’ jingħata l-ħelsien taħt diversi kundizzjonijiet għandha valur ta’ aktar minn €50 miljun.
Din il-garanzija, li tfisser 15.45% tas-sehem ta’ Moira Fenech fil-kumpanija Tumas Group, qed tagħmel tajjeb, flimkien ma’ kundizzjonijiet oħrajn ordnati f’digriet tal-Qorti, biex l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jinħeles mill-ħabs sakemm jibda għaddej ġuri.
Kundizzjonijiet oħrajn jinkludu l-ħlas ta’ depożitu ta’ €80,000, li hu skont il-proċedura, u garanzija personali ta’ €120,000.
Fid-digriet tagħha, il-Qorti wkoll ordnat lil Fenech biex ma jersaqx inqas minn 50 metru viċin il-kosta madwar il-pajjiż jew l-Ajruport, waqt li jrid jiffirma kuljum fl-Għassa ta’ San Ġiljan u jrid jibqa’ ġewwa bejn il-ħamsa ta’ waranofsinhar u l-ħdax ta’ filgħodu.
Il-Qorti aktar kmieni qalet li l-garanziji li ngħataw mill-akkużat jagħtuha s-serħan il-moħħ.
Aqra aktar: