Wara li madwar xahar ilu l-Ġappun irranġaw ħofra daqs barriera fi ftit jiem fil-belt Fukuoka, din il-ħofra bdiet turi sinjali ta’ moviment.
Il-ġimgħa l-oħra t-traffiku f’żona li hi ferm traffikuża twaqqaf, dan minħabba li t-triq niżlet seba’ ċentimetri.
It-tiswija tal-ħofra li nħolqot daqs xahar ilu kienet wriet l-effiċjenza tal-Ġappuniżi, iżda wara dak li ġara ftit tal-jiem ilu bosta qed jistaqsu jekk din l-effiċjenza hix minnha.
Fuq is-sit soċjali Facebook is-Sindku ta’ Fukuoka, Soichiro Takashima, skuża ruħu dwar kif ma kien hemm l-ebda avviż dwar il-possibiltà li t-triq jaf jerġa’ jkollha l-istess ħsarat.
It-triq issa reġgħet infetħet għat-traffiku.