Il-Ġappun se jingħaqad mal-Istati Uniti u pajjiżi oħra tal-Punent sabiex jimblokka ċerti banek Russi mis-sistema ta’ ħlas internazzjonali SWIFT.
Saħaq dan il-Prim Ministru Ġappuniż Fumio Kishida.
Il-Gvern Ġappuniż se jpoġġi wkoll sanzjonijiet fuq il-President Russu Vladimir Putin filwaqt li se jagħti mal-$100m f’għajnuna umanitarja lill-Ukrajna.
Fi stqarrija konġunta bejn il-mexxejja Ewropej, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Kanada ħabbru li se jneħħu l-banek Russi minn SWIFT; għalhekk se jwaqqfuhom milli jagħmlu tranżazzjonijiet finanzjarji madwar id-dinja u jimblokka b’mod effettiv l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet Russi.

ARA WKOLL: