Skont il-midja Ġappuniża, il-Prim Ministru Ġappuniż Yoshihide Suga x’aktarx se jkun qed isejjaħ elezzjoni bikrija wara li jgħaddu l-Logħob tal-Olimpjadi u l-Paralimpiku f’Tokjo li se jsiru dan is-sajf.
Suga xorta waħda se jkun qed imexxi bil-Logħob minkejja li l-pajjiż bħalissa għaddej minn ġlieda mal-ħin biex jitrażżnu n-numri ta’ infezzjonijiet tal-COVID-19.
Madanakollu skont rapporti fil-midja, ilbieraħ il-Prim Ministru Suga kif ukoll il-kap tal-partit, li miegħu qed jagħmel koalizzjoni tal-gvern, qablu biex il-leġiżlatura ma titkompliex wara li tagħlaq is-sessjoni attwali tal-parlament fis-16 ta’ Ġunju.
Għalhekk dan se jkun qed ifisser ukoll li se jintilef il-budget supplimentari ta’ 36 biljun u nofs dollaru bil-għan li jintnefaq f’għajnuna biex tkun miġġielda l-pandemija.