Il-Ġappun se jneħħi lill-Korea t’ Isfel minn fuq il-lista tiegħu tal-imsieħba kummerċjali ta’ fiduċja, u b’hekk tkompli tikber il-qasma bejn iż-żewġ pajjiżi.
Din id-deċiżjoni se tpoġġi restrizzjonijiet ġodda fuq il-pajjiż f’dak li għandu x’jaqsam il-kummerċ.
Seoul qal li se jwieġeb lura b’mod sever għad-deċiżjoni deskritta minnu bħala inġusta.
Il-qasma bejn iż-żewġ pajjiżi bdiet minn tilwima diplomatika fuq il-kumpens marbut ma’ xogħol li sar fil-gwerra.
Il-Ġappun qal li l-miżuri huma bbażati fuq tħassib relatat mas-sigurtà nazzjonali, u jindirizza l-kontrolli inadekwati tal-esportazzjoni ta’ Seoul.