Il-Ġappun approva pjan biex jitfa’ aktar minn miljun tunnellata ta’ ilma kkontaminat mill-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-baħar.
Din id-deċiżoni ttieħdet wara snin ta’ dibattitu filwaqt li l-operazzjoni mistennija ddum għexieren ta’ snin biex tkun kompluta.
Il-Gvern Ġappuniż qal illi r-rimi tal-ilma, li jintuża biex ikessaħ il-fjuwil nukleari, se jibda madwar sentejn oħra.