“Is-settur tal-gaming f’Malta mistenni jibqa’ jikber” kien dan id-diskors ta’ Eman Pulis, id-Direttur Maniġerjali ta’ Sigma, lejlet is-summit tal-igaming li se jkun qed qed jospita pajjiżna.
Pulis sostna li Malta huwa l-aktar pajjiż attraenti għal din l-industrija.
L-igaming summit se jkun qed jibda nhar il-Erbgħa 22 ta’ Novembru u jibqa’ sejjer sas-Sibt 25 ta’ Novembru fl-MFCC f’ Ta Qali fejn bħalissa x-xogħol jinsab għaddej ġmielu. B’dan is-summit għandu l-għan jattira aktar investiment ta’ dan it-tip f’pajjiżna.
Irreaġixxa għal dan ukoll il-kap eżekuttiv tal-MHRA, Andrew Agius Muscat li sostna kif it-turiżmu tal-konferenzi huwa wieħed ta’ natura ġdida.
Eman Pulis minn Sigma kompla jgħid li din l-industrija kull ma jmur għandha bżonn aktar talent li jista’ jikkontribwixxi f’dan is-settur. Huwa għalhekk li Pulis qal li fl-aħħar erba’ sigħat ta’ din il-fiera l-organizatturi ħasbu f’dawk li jixtiequ jimirħu f’karriera fis-settur tal-igaming.