Fl-aħħar jum tas-summit, Il-mexxejja tal-G7 ħabbru li se jkunu qed jagħtu biljun doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil pajjiżi fqar.
Il-mexxejja ta’ wħud mill-akbar pajjiżi fid-dinja bħalissa jinsabu fir-Renju Unit għal-laqa’ tal-G7, fejn fost l-oħrajn huma ddiskutew il-pandemija tal-Covid-19, il-klima u anke l-kummerċ.
Hawnhekk huma ħabbru wkoll li huma mistennija jadottaw miżuri stretti fuq il-power stations li jaħdmu bil-faħam. Dan bħala parti mill-ġlieda ta’ dawn il-pajjiżi kontra t-tibdil fil-klima.
Il-G7 saħqu li b’ħidma konġunta bejniethom se jaraw li madwar erbgħin miljun tfajla jibdew l-iskola madwar id-dinja.
Fost l-oħrajn f’dawn it-tlett ijiem il-mexxejja tar-Renju Unit, l-Amerika, il-Kanada, il-Ġappun, Franza, il-Ġermanja u l-Italja kif ukoll tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tkellmu fuq il-pandemija tal-Covid-19, il-klima u anke l-kummerċ.