‘Viżjoni Malta 2050’ mhux sempliċiment dokument, iżda hu ta’ kulħadd flimkien biex jiġi fformat il-futur ta’ pajjiżna. Dan intqal mill-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri, waqt il-konferenza msemmija ‘Envision 2050’, li qed issir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
Il-Ministru spjega kif, wara xhur ta’ laqgħat ma’ diversi stakeholders, din l-istrateġija nazzjonali għall-25 sena li ġejjin qed tinbena u hi msejsa fuq erba’ pilastri prinċipali: it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, il-kwalità tal-ħajja, it-titjib tar-reżiljenza ta’ pajjiżna u l-użu intelliġenti tal-art.
Il-Ministru spjega t-triq ’il quddiem dwar dan id-dokument.
“Ħa jkun hemm sensiela oħra, li se nkunu qed naraw kif se niddiskutu mal-pubbliku inġenerali u anke kif jispiċċa dan il-proċess kollu u finalment nippubblikaw id-dokument tagħna tal-Viżjoni, dak ukoll id-dokument ħa jkun qed jerġa’ jitqiegħed għall-konsultazzjoni pubblika, għall-aħħar konsultazzjoni pubblika, biex naraw kemm jista’ jkun naraw li din il-viżjoni tkun ta’ kulħadd, li tirrappreżenta lil kulħadd.”
Il-Ministru Silvio Schembri
Il-konferenza se tintemm il-Ġimgħa, b’diskors tal-Prim Ministru Robert Abela.