Il-kuntratt ta’ Roy Hodgson bħala kowċ tal-Ingilterra ikun imġedded biss jekk jaqtgħu figura tajba fil-Euro2016. Dan stqarru ċ-ċermen tal-Assoċjazzjoni Ingliża tal-Futbol, Greg Dyke.
L-Ingilterra jaffaċċjaw lis-Slovakkja nhar it-Tnejn li ġej. B’rebħa jassiguraw posthom mal-aħħar sittax. Il-kuntratt ta’ Hodgson jagħlaq mat-tmiem il-kompetizzjoni u l-kowċ ta’ 68 sena indika li jixtieq jibqa’ fit-tmun tat-tim sat-Tazza tad-Dinja tal-2018.
“Jekk wieħed jilħaq is-semifinali, ikun ifisser suċċess,” qal Dyke lil Sportsweek.