L-ugwaljanza kienet it-tema li l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem fuqha meta indirizza l-74 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York.
Il-Prim Ministru Malti tkellem dwar l-emanċipazzjoni tan-nisa.
Spjega kif pajjiżna għamel rivoluzzjoni siekta.
“Qabel ħafna nisa kienu qed joħorġu jaħdmu biex il-paga tiffinanzja s-servizz tal-ħarsien tat-tfal. Li għamilna huwa li pajjiżna ta s-servizz taċ-child care b’xejn u minn 52% ir-rata tal-parteċipazzjoni tax-xogħol żidnieha għal 66.4”, sostna Dr Muscat.
Il-Prim Ministru tkellem dwar il-ġustizzja soċjali u hawn hekk ukoll semma n-nisa li kienu fost l-aktar li nħarġu mix-xibka tal-faqar permezz li daħlu fid-dinja tax-xogħol iżda l-benefiċċju tal-qgħad flok inqata’ zopptu dan naqas gradwalment.
Fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Dr Muscat semma riforma oħra li qed issir f’Malta biex tiżdied u jkollna bilanċ fir-rappreżentanza tan-nisa fil-politika.
Il-Prim Ministru semma wkoll id-drittijiet ċivili għall-persuni LGBTIQ.
“The advancements made by Malta in the field of LGBTIQ community are described by the Office of the High Commissioner for the Human Rights as the global gold standard”, stqarr il-Prim Ministru.
Dr. Muscat għamel referenza għal studju tal-Ewrobarometru fejn pajjiżna huwa tal-ewwel li jirrikonoxxi l-identitajiet tal-ġeneri differenti.
“Xorta rridu nagħmlu iżjed f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kif il-familji jaċċettaw iżjed persuni differenti”, qal il-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru temm jgħid li “In spite of our success there is still a long way to go and our ambition is clear not only to provide the neccessary the legal platform but to contest social norms and beat stigma and discrimination.”
Il-Prim Ministru semma wkoll il-ġenerazzjonijiet futuri bħat-tfal.
Filwaqt li qal li l-futur għandu jkun indaqs, it-tfal għandhom dritt fundamentali li jiżviluppaw f’ambjent edukattiv inklussiv u li jkollhom servizzi xierqa ugwali bħal anki dak tas-saħħa.
Spjega kif dan mhux biżżejjed u fadlilna x’naqdfu fejn imbagħad semma ħidma oħra li qed issir f’Malta biex tiżdied u jkollna bilanċ fir-rappreżentanza tan-nisa fil-politika.
Il-Prim Ministru tkellem dwar il-ġustizzja soċjali u hawn hekk ukoll semma n-nisa li kienu fost l-aktar li ntlaqtu mix-xibka tal-faqar.
Fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Dr. Joseph Muscat qal li l-Gvern Malti ħa diversi miżuri biex joħroġ in-nies mill-faqar u jkunu attivi billi jidħlu fis-suq tax-xogħol.
Spjega kif il-miżura li l-benefiċċju tal-qgħad fost l-oħrajn beda jinqata’ gradwalment meta persuna tidħol fid-dinja tax-xogħol tat nifs lil dawk l-aktar vulnerabbli.
Il-Prim Ministru semma wkoll id-drittijiet ċivili għall-persuni LGBTIQ.
Dr. Muscat għamel referenza għal studju tal-Ewrobarometru fejn pajjiżna huwa tal-ewwel li jirrikonoxxi l-identitajiet tal-ġeneri differenti.
“Xorta rridu nagħmlu iżjed f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kif il-familji jaċċettaw iżjed persuni differenti”, qal il-Prim Ministru.
Huwa semma kif pajjiżna huwa kkunsidrat bħala l-aktar pajjiż li jipproteġi d-drittijiet tal-persuni tal-komunità LGBTIQ.
“Il-leġislazzjonijiet li għamilna huma importanti iżda mhux biżżejjed. Irridu negħlbu l-istigma u ċertu normi soċjali”, qal il-Prim Ministru b’passjoni liema bħala.
Il-Prim Ministru semma wkoll il-ġenerazzjonijiet futuri bħat-tfal.
Filwaqt li qal li l-futur għandu aktar ugwali, it-tfal għandhom dritt fundamentali li jiżviluppaw f’ambjent edukattiv inklussiv u li jkollhom servizzi xierqa ugwali bħal anki dak tas-saħħa.