Il-futbol Spanjol ġie sospiż b’mod indefinit hekk kif Spanja iddikjaraw stat ta’ emerġenza fl-aħħar jiem liema stat ta’ emerġenza issa ġie estiż sal-11 t’April 2020 minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Oriġinarjament l-futbol Spanjol kien ġie sospiż għal żewġ rawnds ta’ logħbiet iżda llum l-federazzjoni Spanjola sostnit li l-futbol mhux ser jirritorna qabel l-awtoritajiet Spanjoli ma jiddikjaraw li ma hemm ebda periklu għas-saħħa tan-nies.
F’stqarrija għal stampa, li federazzjoni Spanjola sostnit li bil-postponiment tal-Kampjonati Ewropej għas-sena dieħla, l-kampjonati għandhom iċ-ċans li jitkomplew iżjed tard bl-ebda għaġġla partikolari.
Fil-mument Barcelona jinsabu fil-quċċata b’vantaġġ ta’ żewġ punti fuq Real Madrid.