Fl-aħħar sigħat l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol kellha laqgħa importanti mall-awtoritajiet tas-saħħa fejn dak li ġie diskuss flimkien mal-President tal-MFA Bjorn Vassallo waqt l-edizzjoni virtwali tal-program L-Argument tal-Ħadd 12 t’April, issa ġie kkonfermat jiġifieri l-Kampjonati Maltin ser jibqgħu sospiżi sal-aħħar ta’ Mejju.
Jekk l-awtoritajiet tas-saħħa japprovaw il-kontinwazzjoni tal-Kampjonati allura jkun ifisser li l-kompetizzjonijiet jkomplu fis-sajf sabiex jiġi determinat ir-rebbieħ kif ukoll dawk it-timijiet li staġun ieħor ser jilgħabu f’kompetizzjonijiet Ewropej.
B’kull probabilità l-Kampjonati mistennija li jitkomplew bil-bibien magħluqa u qabel kull partita mistennija li jittieħdu l-passi neċessarji fosthom testijiet kontra l-Coronavirus sabiex tiġi protteta s-saħħa ta’ dawk kollha involuti.