Il-futbol fl-Ingilterra ġie sospiż sat-3 ta’ April.
Din is-sospenzjoni se tolqot il-kampjonat Premier Inġliż, it-tliet diviżjonijiet ta’ taħt il-Kampjonat Premier kif ukoll l-ogħla żewġ diviżjonijiet tal-futbol tan-nisa.
Ma’ dawn tħassru wkoll il-logħbiet friendly li kellu jilgħab it-tim internazzjonali Ingliż, kontra l-Italja u d-Danimark fis-27 u l-31 ta’ Marzu rispettivament.
Din issegwi d-deċizjoni tal-UEFA li tipposponi ċ-Champions League u l-Europa League.
https://www.one.com.mt/2020/03/13/posposti-l-loghob-tac-champions-league-u-europa-league-li-kellhom-jintlaghbu-l-gimgha-d-diehla/