Uffiċjali Marokkini rrapportaw li minn tal-inqas tlieta u għoxrin migrant mietu filwaqt li ndarbu diversi oħrajn meta ppruvaw jaqsmu lejn żona Spanjola magħrufa bħala Mellila fit-Tramuntana tal-Afrika.
Diversi rapporti qegħdin jgħidu li wħud minn dawk li mietu waqgħu minn fuq il-fruntieri huma u jaqsmu.
Numru ta’ uffiċjali tas-sigurtà u migranti ddaħħlu l-isptar għal trattament wara ġlied kmieni l-Ġimgħa filgħodu.
Dan kien l-ewwel attentat ta’ massa ta’ nies li ppruvaw jaqsmu dawn il-fruntiera wara li Spanja u l-Marokk reġgħu saħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi tagħhom.
Min-naħa tagħhom, uffiċjali Spanjoli qalu li mijiet ta’ persuni ppruvaw jidħlu f’din iż-żona billi qattgħu x-xibka tal-fruntieri.