Il-funeral tal-Professur Oliver Friggieri se jsir għada fis-2:00 ta’ waranofsinhar fil-Kon-Katridal ta’ San Ġwann fil-Belt. Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Gvern.
Il-Professur Friggieri ħalla din id-dinja s-Sibt waranofsinhar, fl-età ta’ 73 sena. Huwa kien kittieb, kritiku letterarju, ħassieb u poeta.
Sa minn età żagħżugħa il-Professur Friggieri ħadem kemm felaħ u ta kontribut qawwi għal-lingwa Maltija b’diversi kitbiet.
L-għada li tħabbret il-mewt tal-Professur Friggieri, il-Gvern qal li l-aħħar tislima lill-Professur Friggieri kienet se tiġi organizzata mill-Istat.