Il-funeral tal-Prim Imħallef Emeritus Giuseppe Mifsud Bonnici li wkoll kellu jsir illum, ġie pospost għal nhar it-Tlieta fis-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar fil-Knisja tal-Karmelitani fil-Belt.
Kien kmieni fl-għodwa tal-Ġimgħa li tħabbret il-mewt tal-Prim Imħallef Emeritus Giuseppe Mifsud Bonnici, jew hekk kif kien magħruf bħala Ġoġo, fl-għomor ta’ 88 sena.
Imwieled f’Bormla, Mifsud Bonniċi kien ġgant fix-xena legali, fejn inħatar bħala mħallef fl-1988 u Prim Imħallef fl-1990. Huwa serva wkoll bħala Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu bejn l-1992 u l-1998.