Il-funeral tad-Duka ta’ Edinburgh se jkun qed isir is-Sibt li ġej fit-tlieta ta’ waranofsinhar ħin Ingliż f’St George’s Chapel f’Windsor, ħabbar dan il-Palazz ta’ Buckingham.
Tul il-funeral se tkun qed tiġi ċċelebrata l-ħajja ta’ servizz, liema ċelebrazzjoni tal-ħajja se tkun qed issir skont l-arranġamenti neċessarji fid-dawl tal-pandemija.
Id-Duka ta’ Sussex se jkun qed jirritorna l-Ingilterra mill-Istati Uniti sabiex jattendi għall-funeral flimkien mal-membri tal-Familja Rjali.