Il-funeral ta’ Giulio Baldacchino ġie pospost b’mod indefinit. Giulio Baldacchino, Slimiż residenti l-Mellieħa, ta’ 44 sena huwa l-vittma tal-inċident stradali li seħħ l-Ħadd filgħodu fi Triq il-Kosta fin-Naxxar.
Kien proprju f’messaġġ fuq Facebook li tħabbret din il-bidla hekk kif qabel kien ippjanat li l-funeral isir għada fil-Mellieħa.
Hu kien magħruf għall-imħabba u l-passjoni li kellu għall-muturi.