Fil-Ġappun għaddej il-funeral statali tal-eks Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe, li nqatel waqt attività politika fit-8 ta’ Lulju li għadda.
Abe kien l-aktar mexxej li dam fit-tmun tal-pajjiż, iżda minkejja dan, fil-Ġappun għaddejin protesti kontra dan il-funeral li sewa l-poplu Ġappuniż ħdax-il miljun u ħames mitt elf dollaru, fi żmien fejn l-ekonomija tal-pajjiż qed taffaċċja problemi serji.
Spikkaw ukoll kontroversji hekk kif il-partit ta’ Abe, li huwa wkoll il-partit fil-gvern għandu relazzjonijiet ma’ knisja Ġappuniża, liema knisja hija maħsuba li topera bħala kult.
Il-funeral ra mal-4,300 erbat elef u tliet mitt persuna jattendu, fejn fosthom hemm il-Viċi President Amerikana Kamala Harris, u l-Prim Ministru Indjan, Narendra Modi.