Il-fundaturi ta’ Instragram, Kevin Systrom u Mike Krieger, ħabbru li se jitilqu mis-sit tal-midja soċjali biex ikomplu jesploraw il-kreattività u l-kurżità tagħhom. Jidher ukoll li kien hemm xi tensjoni bejn il-fundaturi ta’ Instagram u t-tmexxija ta’ Facebook. Instagram inxtara minn Facebook lura fl-2012 għall-prezz ta’ $1bn. Rapporti fil-midja qed jallegaw li Instagram sar ferm iktar popolari minn Facebook mal-klijenti internazjonali, bir-riultat li t-tmexxija ta’ Facebook kienet qed tesperjenza tensjoni, u kellha titlob il-flus mill-klijenti tagħha għal karatteristiċi ġodda fl-app.
Kelly Peplow
Kelly Peplow ingħaqdet mal-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE fl-2016 wara li kisbet Baċċellerat fil-Komunikazzjoni u l-Ingliż mill-Università ta’ Malta, u kompliet l-istudji tagħha fl-Ingliż, il-midja u il-kultura. Tul dawn is-snin ħadmet fuq stejjer umani u kulturali, apparti l-aħbarijiet politiċi u internazzjonali. Hija wkoll waħda mill-qarrejja tal-aħbarijiet tal-istazzjon. Kelly hija wkoll attriċi u ilha snin attiva fix-xena teatrali lokali wara li kisbet Diploma fir-reċtar minn Trinity College f’Londra.