Bob Lee, il-fundatur tal-kumpanija teknoloġika multi biljunarja Cash App, instab mejjet b’daqqiet ta’ sikkina viċin iċ-ċentru ta’ San Francisco.
Il-Pulizija sabu lir-raġel mixħut fl-art bil-feriti u tawh il-kura fuq il-post, iżda miet aktar tard l-isptar.
Missieru, Rick Lee, ikkonferma l-identità ta’ ibnu.
Uffiċjali ta’ San Francisco ġew ikkritikati għar-rispons lejn numru ta’ każijiet ta’ kriminalità vjolenti fl-aħħar snin.
L-aktar ċifri riċenti juru li San Francisco hija fost l-aktar stati perikolużi fl-Istati Uniti.