Ghal darba oħra eluf kbar ta’ Maltin laqghu t-talba tal-President ta’ Malta u tal-Community Chest Fund u attendew għal edizzjoni oħra tal-President’s Charity Funrun. Kemm bil-mixi kif ukoll bil-ġiri n-nies ħonqu t-toroq ewlenin li jwasslu għall-belt kapitali. Numru ta’ DJs u preżentaturi ewlenin komplew isebbħu l-atmosfera bil-mużika tul it-triq.
Fost il-folla kien hemm l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, inkluż il-President Marie Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Dr.Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Dr.Adrian Delia.
Qalb iċ-ċapċip tal-folla miġbura l-Prim Ministru rringrazzja lil kull min attenda u kellu messaġġ ta’ għaqda. Kien hawn fejn preżenta l-għotja sabiħa ta’ €15,000 lill-President ta’ Malta b’risq il-Community Chest Fund li ta kull sena tgħin eluf ta’ familji. Minn naħa tagħha President appellat għal ġenerożità tal-poplu Malti għall-edizzjoni li jmiss tal-Istrina li se ssir l-għada tal-Milied.